Fejn il-barrieri sabuk, twelidt taħt l-art,
fis-sodda tiegħek, tkun imqatta' u mifruda.
Ukoll narak, miksura, fuq trakk, miskina!
Meta tmur għall-Magħtab, tindifen mill-ġdid.
Imma nafha r-riħa tad-demm ta' ġebla jiena,
minkejja l-Maltin ma jxommuhiex.
Madwar il-gżejjer, l-istorja miktuba,
fuq il-ħitan u l-istatwi, biex il-poplu jiftakar.
F'mużew żgħir qiegħda, fl-Istati Uniti,
l-ewwel biċċa tiegħek li sraqt.
Jew nieħu kantun fil-bagalja tiegħi,
jew nibbukjalek biljett tal-ajru -- nista'?
Nikteb "Isem: U.C.*" u
"Kunjom: Limestone".
Int il-Ġebla Maltija. Qawwija u tqila,
għandna bżonnok, mill-Imnajdra sal-lum.